Għalxejn Noqgħodu Nħarsu.
Għalxejn f’għajnejn xulxin noqgħodu nħarsu
Bla ma ħadd
minnha jaf x’bi ħsiebu jagħmel.
Għalxejn inwensu
lil xulxin: ħadd minna
Ma jaf għax
qiegħed hawn jew liema niċċa
Jimla’, il-pass
li jmiss liema naħħa..
Nafu biss
li xortina hawn tefgħatna
Jew ġejna
hawn frott l-insiġ illi sawwarna.
Imbagħad inwaħħlu
għalxejn fl-allat t’olimpu
Jew fil-kwiekeb
li taħthom bdejna nterrqu
Bla naċċettaw
li din hi ħtija tagħna
U li
għalxejn nistaqsu x’-pass se nagħmlu
Dan pass
fid-dlam u vjaġġ ta’ min hu mgħammad.
Alfred
Grech
15/01/2022
Comments
Post a Comment