Hemm Barra.
Hemm barra
tieħu forma differenti
U ma
tidhirx kif tidher minn hawn ġew,
Hemm barra
aktarx taħsibha xi ħaġ’oħra,
U tkun biss
oħra minn dawk li għaddew.
Hemm barra
aktarx li tidher differenti
L-aqwa li
huma u aħna ferħanin
Ħaddieħor jista’
jilbes in-nuċċali
Ma ġara
xejn għax nibqgħu għaddejjin.
Kulħadd ser
jifhem kif jaqbilli jifhem
Kulħadd ibiddel
fehmtu xħin irid
Kulħadd bil-qamar
tiegħu qed isuqu
Kun af biss
waħda: tagħna ħadd mhu sid.
Alfred
Grech
05/01/2021.
Comments
Post a Comment