Int Mhu Se Tbiddel Xejn.
Int mhu se tbiddel xejn. Xejn mhu se tbiddel,
Għalxejn
inrabbi l-ġwienaħ biex ninqata’
Mill-mażri
u mill-ktjjen li jankrawna.
Fin-nassa li nsabt int jew li nasbulek
Sibt ruħħek
komda.U int hemm se tibqa’
Fil-ħabs tad-dellijiet
mingħajr ma tħares
Imbagħad
minn fuq ix-xifer tħares l-isfel.
M’hemm xejn
hemm biss l-irdum hemm biss l-abbiss.
Imbagħad
xħin il-fuq tħares hemm is-sema.
Iss’sint
għidli għalfejn qiegħda ssejjaħli
U tokrob
bħal qattusa f’nofs ta’ xitwa
Jekk inti
lil xortik mhux ser tisfida?
Alfred
Grech
04.01.2021.
Comments
Post a Comment