Jien Kelli X-Xorti
Jien kelli x–xorti
mmiss is-sema
Għal kemm
il-darba,
Iżda ma
bqajtx hemm fuq
Hemm fuq
hemm għoli wisq
U tara
kollox idur bik.
Hemm fuq hu
maħluq biss
Għall-anġli
Il-prediletti
tal-allat
Iżda jiena
bniedem tad-demm u l-laħam
Li ġej mir-razza
tal-plebei.
Jien kelli
x-xorti mmiss is-sema
B’idi u
bqajt ma sibtx qaddis
U qatt ma
lbist xi dijadema
Jew iddendilt
ma xi kewkba tax-xuxa
Bħal xi qassis.
Alfred
Grech
01/01/2022.
Comments
Post a Comment