Kemm Hu
Qalil.
Kemm
hu qalil
Meta
tridu li jgħaddi
l-ħin
u l-ħin
ma hemmx li jgħaddi
Għax
ix-xejn bħal-baħħ ikejjel
it-tul ta’ ħajtek
Meta ż-żnażen ta’ moħħok ma jridux jieqfu
Iżda l-ebda warda ma jsibu
Fuqhiex jirgħu
Meta t-tinnitus ta’ ġo widnejk
Isir qawwi wisq li jibda jtarrax.
Għax il-quċċata ma lħaqthiex
U kien baqgħalek l-aħħar tarġa
Biex twaħħal il-bandiera
U tgħid: hawnhekk jien kont ukoll.
Qalil il-baħħ xħin xejn ma tista’ tagħmel.
Hawnhekk oqgħod kemm trid
Ikun il-ħabs tas-skiet u l-ħabs taċ-ċokon
Ikun it-tmiem ta’ dit-taqbidaa apokalittika
Mal-uħux u mal-iħirsa
Tax-xejn li jieħu għamla u int
Għamiltu jiswa’ ħafna.
Hawnhekk tista’ wkoll toqtol u tidfen
U r-ruħ diġa’ midfuna
Iżd’hemm il-ġisem li għad irid konflagrazzjoni.
Fis-skiet issib il-bixra
Fis-skiet jintrema’ kollox
U lanqas m’għandu għalfejn
Jisbaħ għada filgħodu.
Alfred Grech
25/01/2022.
Comments
Post a Comment