Kif Tmewwet Dawn Il-Ħsejjes.

 

 

Kif tmewwet dawn il-ħsejjes,

Il-ħsejjes ta’ ġot-triq,

Xi malti jgħolli leħnu

U s-skiet jagħtih bis-sieq?

 

Issikket litanija

Ta’ kliem li hu bla sens

U tislet ftit tal-paċi

U toqgħod ftit għal wens.

 

Il-ħsejjes tal-inġenji

It-traffiku ffullat

Duħħan, tgeġwiġ li bħalu

Din Malta qatt ma rat.

 

Il-ħsejjes oħloq tiegħek

Bir-ritmi jikkalmawk

U doqq xi melodija

Fejn ħadd ma qatt jarak.

 

Alfred Grech

06/02/2022.

Comments

Popular posts from this blog