Li Kieku Stajt Ninbidel.
Li kieku
stajt ninbidel f’anġlu
U ninżel
minn fuq is-sħab ta’ sema;
Mehdi fl-illużżjoni
Ta-sebħ
il-għada jew
Nidħol fuq
il-ponot ta’ subajja
Fil-ħsieb
tiegħek li jisseduċi l-ħolqien
Ukoll ma insibx
il--kliem
Li jaf
jogħla ‘l-fuq mis-sħab
Bħal gawwi
kontra r-riħ.
U jien li
ridt nistaqsik u nisimgħek
Niġri wrajk
biex inħoss it-tmellis taż-żiffa
U tinwieħ
ir-riħ bħall aħħar messa tal-kordi tal-arpa.
U hekk
timlieli ħsiebi u moħħi.
Alfred
Grech
31/01/2022.
Comments
Post a Comment