Lil Robert f’Għeluq Sninu.


Stajt kont mexxej qalbieni riekeb karru
Stajt kont Ulisse sejjer lura d-dar
Stajt kont Akille l-kbir midrub f’għarqubu
U saħħtek turi mal-gwerriera l-kbar.

Ġejt int ħassieb li tħares lejn ix-xefaq
Tistudja, tgħarrex, tgħarbel il-ħolqien
Ma ġara xejn jekk sibt lil min ifixklek
Min dawn issib imxerrda kullimkien.

Tinsiex għażiż li min bid-dmugħ qed jiżra
Ser jaħsad l-għada b’qalb mimlija ferħ
Min joħroġ mimli dubbji dmugħ u dwejjaq
Ser jiġi lura jħaddan żbul is-serħ.

Alfred Grech
03/01/2022.

Comments

Popular posts from this blog