Ma Jiswa’ Xejn.

 

Ma jiswa’ xejn li noqgħod naħli ħini,

Ma jiswa’ xejn li ngħanni bl-ogħla vrus,

Minn widna dieħel biex mill-oħra joħroġ

F’ħanut tal-pulċellana rħejt gendus.

 

Ma jiswa’ xejn li nwitti t-triq biex timxi

U tibqa’ għaddej sa tmiss għad is-smewwiet,

Ma jiswa’ xejn widinti qed nisilfek

Għax issa lili mlejt ukoll bl-inkwiet.

 

Għax tiġi żiffa riħ u taqleb kollox

Ma jiswa’ xejn! Jissarraf biss f’duħħan.

Għamilna żmien nissieltu mal-iħirsa

Għax kull ma bnejt inġarr mill-uragan.

 

Alfred Grech

07/01/2022.

Comments

Popular posts from this blog