Min
Sejjaħli Ilu lL Telaq.
Min sejjaħli ilu li telaq
U jiena
bqajt ma smajt ebda leħen
Jew kont inħabrek
aljenat
Infettaq il-patalli
tal-ward.
Imlewna
dawk il-bżieżaq li qed tonfoħ
Għax dawk
jinfaqgħu f’wiċċek
Imqar jekk
lanqas taf għaliex.
Mhux kollox
mitluf
Taħt il-kwiekeb
li jiddu
Jista’ jkun
li tistaqsi
Għaliex ma
bqajtx taqdef
Galiex għereqt
fil-port
Għaliex dan
is-skiet kollu
U mhemm
xejn li ser jifdik
Milli tkun
ġifa.
Le le taħt
sema’ mimli kwiekeb
Ma jistax
ikun li tlifna t-triq
Ma jistax
ikun li tlifna r-ritmu
U s-sintonija
ta’ x’seta’ kien.
Jien
imbagħad jgħaddili minn moħħi
Li għad teħodni
x’imkien
U jiena
niġi.
Alfred
Grech
24/01/2022
Comments
Post a Comment