Tsta’ Tintilef.
Tista’
tintilef biex ma tinstabx,
Tista’
wkoll tinħaraq
Iżda l-impronti
li tħalli ma jmorru qatt
Tibqa’ bħal
tebgħa
Fl-isfera tal-isproprorzjon
Fid-dwejjaq
tat-telfa.
Tal-ferħa
bla temma
Ta’ dak li
deher li kien tassew
U li qatt
ma kien
Fid-dagħbien
tal-ħin li sar
Tal-partiċella
li tixxierek
Ma kull
numru sħiħ.
Ta’ kull
qatra li tħalli n-nixxiegħa
U tibda taħseb
li n-nixxiegħa saret hi.
Dan teatrin
tal-attaparsi
Il-parti
titgħallimha xħin li jingħalaq is-siparju
U titniżżel
fil-mafkar tal-mejtin.
Alfred
Grech
11/01/2022
Comments
Post a Comment