X’Ser Nagħmlu.
U x’ser
nagħmlu b’dan il-griż kollu
Ta’
dalgħodu? Ewwilla r-ruħ mhux mill-għajnejn
Tindarab u
min ifieri l-widna jfieri l-qalb?
X’ser
nagħmlu b’dan il-griż dalgħodu,
Dal-lejl li
ma jrid jgħaddi b’xejn?
Did-dalma
li ħakmet lill-bnedmin
Li bejniethom
qed jitħawwdu
Li jfittxu
li joqtlu lil xulxin
U lill-ħolqien
madwarhom.
X’ser
nagħmlu b’dan il-griż dalgħodu,
Issa li
l-ħolqien ukoll irvilla
U qed
inaqqar u jaqleb ta’ taħt fuq
Il-ħajja
kif nafuha?
Alfred
Grech
31/12/2021.
Comments
Post a Comment