166.
Int qatt m’emmint
li jista’ jisgħobija,
Ma nbidel
xejn xħin aħna l-folja qlibna.
Li baqa’ kienet
ġrajja u qatt ma nkitbet
Għalxejn kull
darba nibgħat il-ħamiema
Għax
il-ħamiema baqgħet ma ġietx lura.
Urejtek li
bqajt ngħożż dak li ħallejtli
l-ilbies li
kont ixxidd u kull tifkira,
bdejt tibki
int u jien bdejt nibki miegħek,
Imbagħad
int sparixxejt u mort tistaħba,
Kont jien
li ksirt il-wegħeda u qajjimt riefnu
Bqajt jien
hawnhekk nixtar bla ma naf l-għala
Il-ħsara u
t-tifrik li ġibt b’idejja.
Bħal Oedipu
intbaħt u qlajt għajnejja
U bħal
xitan tal-qiegħ inbati ċ-ċaħda.
Alfred
Grech
05/02/2022.
Comments
Post a Comment