Ħalliha Tiġi W’ħeda.
Ħalliha
tiġi w’ħeda
Tal-kelma
kull tifsira,
Jissawwar waħdu
r-ritmu
Fil- wisa’
ta’ bla mira.
Warajħ
imbagħad ir-rima,
Waħeda titla’
l-binja
U tilbes
libsa ġdida
U tiegħek
timla’ d-dinja.
Ħalliha tiġi
wżħeda
Il-muża bla
twissija
Hekk tgħanni
l-isbaħ għanja
Hekk tikteb
poeżija.
Alfred
Grech
24/02/2022
Comments
Post a Comment