Ħawnhekk.

 

Hawnhekk biex tikkontempla

Il-qabża kif se tkun

Għax f’ħin jew f’ieħor jinxfu

Il-gliegel u l-għejjun.

 

Kif tgħaddi mill-mogħdija

Li sserrep fil-widien

Minn fejn irridu ngħaddu

U t-toqol tal-għarfien.

 

Sakemm il-ġifen jimxi

Bil-qlugħ mimlija riħ,

Fuq bandla tiela’ u nieżel

Bla heda u bla mistrieħ.

 

Alfred Grech

22/02/2022.

Comments

Popular posts from this blog