.
Bħal Poeżija.
Trid twassal dal-messaġġ?
Iva trid
twasslu. Flixkun issiġillat
Li sibt fuq
xtajta mwarrba
Jekk tiftħu
joħroġ ġenju. Saħħar.
Jew żiffa
riħ ma wiċċi
Bil-bews ta’
fuq ħaddejk.
Biex
twassal il-messaġġ
Flixkun li
jrid jinfetaħ
Int tgħidli
li togħdos fil-qiegħ ta’ ħsibijieti
Jien ngħidlek
Li lanqas
naf jien x’qiegħed ngħid
Għax f’daqqa
waħda ġiet il-fewġa
U jien
ħassejtni nitwieled qed mil-ġdid.
Hekk jgaddi
min għandi il-mesaġġ
Bħal poeżija.
Alfred
Grech
06/02/2021.
Comments
Post a Comment