Ejja Nibdew
Mill-Ġdid.
Ejja nibdew mill-ġdid
Ma ġara xejn li tnejn żbruffajna
Il-jum fil-bidu għadu
U ħarġet issa x-xemx.
Ejja mill-ġdid nibdew
Il-ħajja għad bqagħala
Iż-żmien għadu għaddej
U aħna bħal frejgata
Li tofroq tgħaddi l-mewġ
Inkella tiggalleġġja
F’dan baħar bla konfini
Lejn xefaq jistedinna.
Ejja nibdew mill-ġdid
Din għada l-ewwel waħda
Tal-għdowa l’għada tibda
U nidfnu dak li ġara.
Alfred Grech
19/02/2022
Comments
Post a Comment