Għalxejn Ġejt Tiġri Lura.

 

Għalxejn ġejt tiġri lura

Tmewweġ kontra l-mewġ

Ta’ dak li qiegħdin jgħidu

U dak li qiegħdin jemmnu

Għax hekk ma tkun qed tagħmel xejn

Għajr titfi d-dawl inemnem

Ta’ msiebaħ solitarji

Li jistgħu għad xi darba

Tbissima jkebbsu fuq xuftejja.

Għax il-kafe’ qed jiksaħ

Is-sigarett jinħela

Ix-xarabank għaddiet

U inti qed tinbidel.

Għalhekk ħallini nerġa’ niġi

Ħdejk biex infesfislek ġo widnejk

Dak il-kliem li poeta biss jaf jgħidlek.

 

Alfred Grech.

17/02/2022.

Comments

Popular posts from this blog