Għax Xi Kultant.

 

Għax xi kultant aħjar ma tinftieħemx

Kulħadd bit-togħma tal-qrusa f’ħalqu

Mhux b’dak lli kiel u xorob

Iżda bil-qrusa tal-bieraħ.

In-nies kif trid tissallab

Jekk mis-salib għamlet it-totem tagħha?

Konna ngħidu li mġienen ma baqax

Imma l-imġienen jiktbu l-istorja

Li minnha ma tagħallimna xejn.

Xejn ma tibqa’ tħoss

U lanqas tibqa’ tisma’

Leħen il-kuxxjenza.

Jien naħseb li int għama

Għax mhux mhux qed tara bħali

U mhemmx mod ieħor kif insibu s-sewwa

Jekk mhux bi ġlieda.

 

Alfred Grech

26/02/2022.

Comments

Popular posts from this blog