Hekk Nagħmlu.

 

Hekk nagħmlu bit-traġedji

Ruħ li timxi miegħi

It-tnejn li aħna niżfnu ż-żifna

Tad-dlam għax ma narawx

U għax ma nafux

It-tnejn li aħna, min aħna.

 

Hekk nagħmlu nimxi id-f’id

F’dan l-ologramm imtenni

Sal-infinit fejn f’daqqa waħda

Minn ġol-kwadru qed jitbissem barbaġann

Li jfissrilna mqar għal waqt wieħed

Is-sens ta’ dan kollu.

 

Hekk nagħmlu jiena li ma nafekx

Inti li ma tafnix

Intiru t-tnejn li aħna

Ħamiem tal-karti ankrati

Mal-abbiss li ma nafux.

 

Hekk nagħmlu fuq livelli differenti.

 

Alfred Grech

07/02/2022

Comments

Popular posts from this blog