Illum Għad
Jgħaddi Wkoll.
Illum għad
jgħaddi wkoll
Bid-dwejjaq
kollha ta’-sbieħ il-jum griż
U bit-tama
li xejn ma jiġri
Li jġielna
nindmu.
Tarġa’oħra
ta’ dan it-taraġ lejn l-infinit
It-tmiem ta’
kull ħolma li ġġorr wara spallejk
Lejn dak
ix-xefaq ta’ bla kejl u bla konfini.
Biżżejjeq tiftakar
fit-taħbit ta’ mewġ il-baħar
Mal-blat żonqri
tar-rieda qawwija li ma terġgħax
Il-ħsejjes tar-riħ
li jqanqal taħbil-moħħ
U jifi
musbieħ il-ħemda u s-sabar.
Biżżejjed
il-ħarsa t’għajnejk
Bħal ġrajjiet
qodma li qatt ma tennejtli.
Għax issa
mqar il-kwiekeb
Bdew jieqfu
u jiskantaw lejna
U forsi qed
jistaqsu kif m’aħniex nibżgħu
Nisfidaw id-duħħan
ta’ ġejjieni bla wegħeda.
Imma x’jafu
dawn minn xhiex għaddejna.
Alfred
Grech
15/02/2022.
Comments
Post a Comment