Imbagħad Xħin Tlaqt Kien Baqa’ Biss Tifkira.

 

Imbagħad xħin tlaqt kien baqa’ biss tifkira

Jew rifkiriet tal-ġiri u tad-duħħan

U bdejt imbagħad nistaqsi lili nnifsi

Tgħid jerġa’ ji għad staġun bġal dan?

 

Xħin tlaqt, it-tnejn li aħna sirna ġrajja

Il-folja nqalbet baqa’ biss ix-xejn,

Tellajana għalxejn minn jeddna das-siiparju

Għax it-traġedja kienet tagħna t-tnejn.

 

Dak kien iċ-ċpar ta’ min iqum min-nagħsa

X’baqa’ miċ-ċpar xħin telgħet issa x-xemx?

Dak kien il-ħolm tal-użinjol qed jgħanni,

Fejn mar il-ħolm? Min jgħanni issa mhemmx.

 

Alfred Grech

4/2/2022.

Comments

Popular posts from this blog