Imqar Jekk Qam Ir-Riħ.

 

Tista’ tħalli għada jiżbaħ

Mingħar ma terġa’ tħares lura

U tisħet xortik

Qabel toqgħod taħseb

Li hekk biss jistgħu

Jinkitbu l-kotba għal min

Irid jaqrahom.

 

Tista’ tħallli għada jisbaħ

U teħodha bħallikieku

Kienet ġrajj’oħra li nkitbet

Qabel dak li qiegħed jiġri

Isib il-milja tiegħu

Fis truf iż-żminijiret.

 

Ma tridx taħseb wisq

Inkella tittieħed għall-għarrieda

Meta toħroġ mil-fosdqa

Issir farfett mill-ġdid

U tkun rabbejt il-ġwienaħ.

 

Għada jkun ħolqa oħra

Fil-katina tal-waqtiet

Fid-damma tal-ġrajjiet

Biex fl-aħħar ngħidu:

Qisu qatt ma ġara xejn.

 

Ħallieħ jisbaħ għada

Imqar jekk iqum ir-riħ.

 

Alfred Grech

20/02/2022.

Comments

Popular posts from this blog