Kemm Idum Iż-Żmien Li Jnessi?

 

 

Kemm idum iż-żmien li jnessi?

Kemm idum iż-żmien ma nafx

Imma żmien qasir wisq.

 

Kemm idum iż-żmien wieqaf

Idum ftit

Idum wisq

Idum biss waqt wieħed.

 

Ma nafx jekk il-misluta

Li tiddendel tagħmilx ħsejjes

Daqs ilsien ta’ qanpiena

Iżda t-tektika tal-arloġġ

Minn waqt għall-ieħor

Għandha minn tal-eternita’

Daqshekk iddum sakemm tħassar

Il-lavanja

Daqshekk idum ma jleħħ il-ħsieb

U inti bil-kopp biex taħkem il-ħolm.

Imbagħad tistaq: wara kollox

Għalfejn dan l-ispettaklu?

 

Alfred Grech

Ż21/02/2022

 

Comments

Popular posts from this blog