Mhemmx Għalfejn Immissek.
Mhemmx
għalfejn immissek
Biex
inħobbok u inti trid
Titgħallem tibda
tħobbni
Ukoll mill-bogħod.
Bqajna
hawnhekk ankrati
Mal-bqija
ta’ ħajja li xjaħet
Għaliex imżewwqa
il-kantaliena
Ta’ kuljum
u f’waqtiet ta’ dieqa
Infexxejna ngħannu
biex ninsew
Bħal-bilbla
li ma tafx tagħmel ieħor
Għajr issaffar.
Imqar jekk
ruħna qed tirtogħod
U rikeb
fuqna l-biża’
Aħna nibqgħu
niktbu
l-poeżija.
Alfred
Grech
Jum San
Valentino
14/02/2022
Comments
Post a Comment