Min Jaf X’Għad
Jibqa’.
Min jaf x’għad
jibqa’
Minn dak
il-mewġ li tqanqal
Fl-għadira
mdardra ta’ ruħi
Fl-oċean
oskur tad-dlam tal-lejl
U liema iħirsa jridu jtennu
l-valse triste tal-aħħar xewqa tiegħi?
Min jaf x’għad
jibqa’ mit-tbissima
Li welldet
ir-riefnu li ħin bla waqt
Kaxkarni miegħu;
Minn dik il-bewsa
li qatt ma tajtni
Mit-tgħannieqa
li qatt ma ġiet?
Jien issa
nintilef fiċ-ċpar tal-għada
U tqanqiliet
imbiegħda, imbiegħda,
Nisħaq fuq
l-irmied ta’ mħabba stunata
Nistenna lilek
Li mhemmx
li tiġi lura.
Alfred
Grech
08/02/2022.
Comments
Post a Comment