Minkejja L-Iskwallur Li Hawn Madwarna

 

 

Minkejja l-iskwallur li hawn madwarna

Int titlef qatt l-ilwien ta’ sebħ xortik,

Taf tmiss is-sħab mingħajr ma tmiss is-sema

Titbiegħed bla ma timxi mqar b’għajnejk.

 

La tiddejjaqx iċċaflas fl-art imxarrba,

It-tama titlef qatt ta’ tlugħ ix-xemx,

Għax il-burraxki jħarrku l-ilma qiegħed,

U qatt tistaqsi kif wasalt s’hawnhekk.

 

U jekk jinħtieġ imqar il-ġilda biddel

Biex lanqas ma tingħaraf minn kulħadd,

Titlaqx, ibqa’ hawn u gawdi l-ispettaklu

Minkejja li ma tasal għad imkien.

 

Alfred Grech

03/02/2022

Comments

Popular posts from this blog