Niġi Hawn.
Niġi hawn
biex nerġa’ niftaħ
Dan ikun
kapitlu ġdid
Meta kulma
nkun qed nagħmel
Nibqa’
ngħaffeġ fit-tgħasid.
Ma telqitx
il-ferrovija
It-telllieqa
lanqas bdiet
Rima din ta’
kewkba feġġa
Jew aħbar
li ġa għaddiet.
Inti għedt
li bagħattli bewsa
Is-separju
ma telgħax
Kif se nqum
minn din in-nagħsa
Jekk ix-xefaq
ma narax.
Alfred
Grech
23/02/2022.
Comments
Post a Comment