Poeti.

 

‘Il-fuq mis-sħab jekk nistgħu aħna ntiru

U nerġgħu ninżlu lura  minn fejn tlaqna

Biex mal-art saqajna mmissu

Biex ma jibdluniex mal-anġli

U nerġgħu nogħlew ‘l-fuq ‘l-fuq

Sabiex ninsew id-dwejjaq

Ta’ wiċċ l-ilma . . .

Wiċċ l-ilma qiegħed.

 

‘L-fuq mis-sħab u nerġgħu niġu lura

Bħal gawwi ngħaddu sbrixx ma wiċċ -baħar

Fit-tiftix tal-ikel li bih nitrejjqu nistgħu

Imbagħad mill-ġdid ‘l-fuq ‘l-fuq ‘l-fuq

Inkella nisparixxu f’xefaq ħieles

Jew nerġgħu lura għall-bejta li ħallejna

Moħbija minn ħarset in-nies.

 

Alfred Grech.

16/02/2022.

Comments

Popular posts from this blog