Qabża.
Ġrad dan li
jqatta’ ħinu jgħanni u jaqbeż
Għasfur tal-bejt
li ma jridx jaf bin-nies
Li jinsa
l-ħin u l-morsa li qed tagħfas
U ż-żmien
għaddej li jkaxkar bħal-kennies.
Imqar jekk
għaddejjin minn mina mdawwla
It-tmiem li
żgur għad jasal ma jidhirx,
Jinħtieġ taqlib
lilhinn minn dak li nħossu
Għalkemm is-sens
ta’ ħtija ma jaħfirx.
Tintrikeb
din il-mewġa li trid tfarrak
Il-ktajjen li
jnakrawna ta’ kuljum,
Jintrebħu qtiegħ
il-qalb u x-xorti miegħu
Xħin qalbek
tqawwi u taqbes mill-irdum.
Alfred
Grech
09/02/2022.
Comments
Post a Comment