Ta’Bir-Ruħna.

 

Ejj’nagħmlu ta’ bir-ruħna li ninħabbu

Infaqqgħu f’wiċċ il-baħar bżieżaq t’arja

Imbagħad bħat tfal iż-żgħar li qed jilgħabu

Insakkru l-ġugarelli fil-kaxxetta.

Tal-ħarir il-libsa ta’ taħt tiegħek

U mielsa bħal kuxtejk u jkun biss jonqos

Li qoffa tħoll u terħi taqa’ xuxtek.

Għax jekk il-qtar tal-gġaraq jibda jterraq

Minn qalbek għall ġol beraħ ta’ did-dinja

Ma jkun hemm xejn minn xhiex int għandek tistħi.

Il-qaddisin ukoll iġorru d-dijadema

U mis-salib tad-demm iċarċar l-għaraq

U tal-imrar bil-qtar jintela’ l-kalċi.

Jien bħall-arloġġ xħin inti tajtni l-ħabel

Il-waqt ma jasal qatt li nibda nara

Il-minutiera tibda’ ttektek.

 

Alfred Grech

25/02/2022.

Comments

Popular posts from this blog