Taħt Wiċċ Il-Baħar.
Taħt wiċċ
il-baħar
Hemm dinja
oħra
Jien irrid
negħereq
Fl-oċean ta’
ruħek
Imkien m’hemm
i’jed dlam
Daqs xħin
filgħodu jisbaħ
U jien
mill-ġdid nistaqsi
Fejn inti
qiegħda.
Imkien
mhemm aktar dlam
Daqs xħin
infittex
U jegħerqu
l-bastimenti
Tat-tamiet
fil-qiegħ ta’ ruħi . . .
Fil-baħħ
tas-skiet tiegħek.
Alfred
Grech
18/02/2022
Comments
Post a Comment