Tgħannaq Is-Skiet.
Tgħannaq is-skiet tal-univers
Xħin waħdek
tkun mitluqa
Tissemma l-ħsejjes
tal-baħar għajjien.
Tgħannaq
is-skiet ta’ sema ndifferenti
Xħin it-tnessija
tħallilek l-isbaħ togħma
U b’ħarstek
fit tul tinbex
l-iskoll li
jifida mewġ il-baħar.
Jien
miegħek irrid ngħannaq
Il-ħemda
tal-oċean
Il-qilla ta’
riefnu bla raġuni
U s-sema
mgħajjeb fgat bl-indiema.
U miegħek
irrid inħaddan
Sbieħ il-jum
ta’ mingħajr żmien
Inkella l-ilwien
għajjiena ta’ lejla
Mingħajr kwiekeb.
Flimkien
għad ninfdu l-ħemda abbissali
Ta’ baħar
mingħajr ħajja
U jekk
il-fewġa tal-grigal
Tqanqallek xi
tkexkixa
Ftakar li x’imkien
f’xi għdwa mbiegħda
Jiċċaqlaq għad
is-sens ta’ dak li aħna
Imdendla ma
ħajta tal-għanqbuta.
Alfred
Grech
12/02/20222
Comments
Post a Comment