Trid Trkun il-Poeżija.

 

Trid tkun il-poeżija.

Bħal għasfur li jaħrab minn ġol-gaġġa

Isib il-l-ilma tal-għadira qiegħed

Imarradni

Il-jiem fejn xejn ma jiġri

Bħal ħajja wieqfa fi kwadru.

Int qed tonfoħli

Jen irrid intir

U jekk ma nsibx ir-rotta

Naqa’.

Jekk mhux is-serħ fl-ispirtu

Trid tkun l-anestesija

Inkella t-trajjettorja li jieħu

Għasfur tal-passa.

Ir-riħ mal-ġwienaħ jaħbat

U jerfagħni

Biex b’mod jew ieħor naħrab

Il-ħajja ta’ kuljum fejn xejn ma jiġri.

 

Alfred Grech

06/02/2022.

 

Comments

Popular posts from this blog