Xewqa.

 

Din ix-xewqa lli qatt ma tinqata’

Bħal kurjo’ li jidħol fid-dlam

Ifittex il-biża li xi darba għad iħoss.

Hekk kif jaħbat mal-misteru

Iħares fil-mera u jilmaħ

Dawk l-iħirsa ta’ bla isem

Inkella lilu nnifsu mibdul fis-sieħba li xtaq.

 

Tħabbat il-qalb daqs it-tektik tal-arloġġ

Għax għadek tista’ taqdef u tħares

Imqar fl-għabex lejn ix-xefaq

U safejn tista’ tasal.

Jien nagħnnqek u nbusek

Imqar fil-ħolm tiegħi.

 

Alfred Grech

10/02/2022

Comments

Popular posts from this blog