Żingari*
Żinġari
mqar fir-ruħ
Li ma tafx
imkien wieħed fejn tista’ tistrieħ,
Inkella ma
tinsabx fejn ikun ħaddieħor.
Żingari
fil-ħsieb li bħal farfett
Ma jsib
ebda warda li tixraqlu.
Xħin
ilmaħtek xebbaħtek
Għax inti
ma tobdix
Għax inti
ma tilbisx u ma taħsibx
U ma timxix
bħal ħaddieħor
U lanqas issibek
fejn jinġabar kulħadd.
Jista’ jkun
li int u jien ma naslu qatt
Iżda nafu
sewwa fejn ninsabu
U minn fejn
tlaqna.
Alfred
Grech
11/02/2022.
*B’dedika
lil Lillian Smith
Comments
Post a Comment