Ejja u Ħudni Miegħek.
Ejja u
ħudni miegħek
U ġorrni
fuq il=ħeffa ta’ ġwenħajk
Biex nitla’
u niżel
Mat-tqanqil
ta’ mewġ il-baħar
Jew mal-mewġ
tat-trasmissjoni
F’univers
ieħor virtwali.
Hawnhekk ma
baqa’ xejn għajr biki
U dwejjaq
tal-mewt.
Ingerrger
għalxejn.
Lanqas naf
għandix għalfejn
Nerġa nsejjaħlek
Ikun għalxejn
li nġorru toqol wieħed.
Kollu għalxejn.
Inkunu t-tnejn
għarwiena
U jiena
mmut qablek.
Trid tmut
biex terġa tirxoxta
Tkun ġrajja
qalbiena oħra
Li tibqa’
ma tinkitibx
Ta’ nies li
jafu jsofru
Waqt li
kulħadd iħares.
It-tama
tal-ħlas tiegħek tkun
Li tidħol
ġo qoxprtok
Li ssir taf
lilek innifsek
U jiena
nibqa’ nbaħħar
Bejn ix-xewqa
li jkolli lilek
U dik li
nisfida waħdi
Il-qilla
tal-allat.
Alfred
Grech
01/03/2022.
Comments
Post a Comment