Għalhekk Qatt Ma Niftiehmu.
Idum, idum
jaqbad in-nar li kebbisna
Sakemm tiġi
buffura riħ
Inti mbagħad
tmellisli xagħri
U tgħidli
li ma ġara xejn.
Taħt dawl
il-qamar inajjar il-ħatab
L-iskaldi
jtiru bħalkieku xintilli
Xħin jagħmel
il-ħin għalxejn tirtokkja
Kwadru qadim
li xjaħ jindokra lid-dinja għaddejja.
Għalhekk
qatt ma niftiehmu
Għax inti
tmur għal trtiqtek
Għax inti
mgħaġuna xort’oħra
U b’liema
lsien tkellimni
Xorta waħda
tqajjem maltempata
Inti togħla
’l-fuq
U jiena
ntir fil-=baxx.
Għalhekk
qatt ma niftierhmu
Għax dejjem
kontro kurrent
Għax nagħmlu
bħal ħaddieħor
U nintilfu
fil-kotra.
Għalhekk
qatt ma nintiehmu
Għax dak li
minnu għaddejna
Jiġri bil-maqlub.
Alfred
Grech
26/03/2022
Comments
Post a Comment