Hekk tibda’ tifhem.
Irid
ikollok it-tqanail ġo fik,
Ġo ruħek
maltempata
Biex toħroġ
poeżija.
Irid ikollok
bħar qawwi
Biex tixgħel
ix-xintilla
Ta’beraq
mingħajr ragħad,
Ta’ dik
l-effervexxenza
Li tolqot
il-ħaddejn
Mar-raxx ta’
mewġ il-baħar.
Ma jiġri
xejn jekk f’daqqa waħda
Tintebaħ li
kollox ta’ taħt fuq
Li wasal
l-aħħar.
Id-daqq
tat-trombi
U t-tħxwix
tal-ġwienaħ huma biss
ix-xejn li
joħloq l-aktar ħwejjeġ strambi.
Hekk tibda
tifhem is-skiet tiegħi.
Alfred
Grech
02/03/2022.
Comments
Post a Comment