Il-Ħlas Tal-Ħelsien.

 

U mqar xħin tlaqna mkasbra kif konna bid-dwejjaq

Taċ-ċiniżmu inkallidit ral-imperaturi mingħajr ħwejjeġ

Sibnieħ imkien ta’ kenn għalina dan l-oasi

Fejn jittewbu dawk li baqgħu bil-ġuħ

U jtertru bil-bard dawk li baqgħu mingħajr għata

U jitolbu dawn li saru niedma. Bil-kemm kien jidher

Fost id-deżert immes ta’ ruħna. Iżda mqar qatra ilma

Mill-ibjar il-qodma li ħaffru dawk li ġew qabilna

kienet biżżejjed biex nibdew istejqru u nibdew

mill-ġdid inħarsu lejn il-kewkba tal-punent

minn fejn għal sekli sħaħ feġġet id-dija li wrietna t-triq.

Issa jista’ jiġri kollox, imqar it-tifrik u l-qtil bla sens

Tal-bombi u l-karri armati bl-iskuża ta’ konfini li qatt ma kienu.

Issa ħlifna ħalfa li qatt aktar ma nerġghu nħallu jagħmel bina n-ngħas

Bit-tama li l-lupu għad xi darba se jbiddel il-vizzju

Għaliex il-ħlas tal-ħelsien hu l-għassa dejjiema.


Alfred Grech

18/03/2022

Comments

Popular posts from this blog