Int Ma Tħalli Qatt.

 Art thou afeard To be the same in thine own act and valor As thou art in desire? Wouldst thou have that Which thou esteem’st the ornament of life, And live a coward in thine own esteem, Letting “I dare not” wait upon “I would, ” Like the poor cat i' th' adage? Lady Macbeth Macbeth, Act I Sc. 7 L. 40-45.


Int ma tħalli qatt il-bejta

Biex ittir fil-baħħ ta univers li jibdel ilwienu

Biex tara kemm tassew ħafifa l-ħajja

Biż-żiffa tal-grigal ma wiċċek tħabbat

U ma sidrek ir-raxx ta’ tqanqiliet li malajr jgħaddu

Bħal tkexkixa li tibqa tiftakarha.

 

Inti ma tagħmilx il-qabża li tintħtieġ

Fid-dlam sabiex lid-dellijiet tisfida

Tbexkel il-mażż tal-karti

Biex tara jitlagħlekx il joker.

 

Gwenħajk ma tmattarhomx

U għalhekk qatt mhu se tilħaq it-titjira

Tal-għasafar qed ipassu minn fuq rasek.

 

Alfred Grech.

30/03/2022

Comments

Popular posts from this blog