Int U Jien.

 

Jiena niġi miegħek bħal ħabib inżommlok idek.

U kull meta ssejjaħli jiena ngħolli rasi

Fuq wiċċ il-folol tad-dinja u nwieġbek.

 

Jien naf li bħali ġralek f’daqqa waħda

Rajt il-ġejjieni jniħall qisu silġa fis-sħana tax-xemx tikwi

Inkella l-melħ li twaddab ġewwa l-brodu.

Int aktarx li bħali ntbaħt li kullma għandek

Irid jispiċċa u wara kemm tkun immensa

Id-deżolazzjoni tal-qalb imċaħħda minn dak li tħobb

U minn dak kollu li tara b’għajnejk.

Int tibqa’ għaddejja tħares mit-tieqa tax-xarabank

U taħseb li dal-vjaġġ qatt ma jispiċċa

U tibqa’ tħares il-bogħod bil-panorama

Dejjem tinbidel.

 

B’hekk int u jien inkunu qed interrqu

Fuq żewġ kwiekeb differenti.

 

Alfred Grech

14/03/2022

Comments

Popular posts from this blog