Issa Li Xtaqtek Tiġi.

 

Issa li xtaqtek tiġi, ma tiġix.

Issa li qed infittxek, ma nsibekx.

Issa huwa l-waqt illi ssir tafni.

Għada nkun mibdul.

It-triq li qbat tistaħba fid-dell tiegħek

U issa li stenbaħt fhimt li din il-ħajja

Lin-nis iġġiegħlom jistaħbew fihom infusdhom.

Jien kont naf ukoll li t-triq għal għandek

U d-dawl li jista’ jmexxini

Iżda salib it-toroq mimli dellijiet

U jien nintilef fihom

U int tintilef f’ġenna

Fejn wara jerġa’ jibdielek.

Jien naf ukoll fejn nista’ nasal

Għax kemm il-darba wasalt s’hemm

U qtajt biljet li mbagħad ħbejtu

Fejn ma jista’ jsibu ħadd.

U lanqas ngħidlek fejn trid tmur

Għax lanqas temminni.

 

Alfred Grech

28/03/2022

Comments

Popular posts from this blog