Jien Xtaqt.

 

Jien xtaqt li ktibtelek itta oħra

Imqar minn taħt it-terrapien tal-ġwerra

U t-toqol tal-ħsibijiet

Iżda saħħa ma baqgħalix

Għax ir-Rubikon qsamnieh.

Din tista tkun epistola oħra

Li qatt ma tasal għand min indirizzata

Biex ngħidlek kemm tassew jien jisgħobija

Ta’ kemm inqastek u ma tafx

Ta’ storja oħra li ma nkitbitx.

Jien xtaqt li qrara nqerr

Ta’ ħajti miegħek biex għal darba

Is-sewwa joħroġ bla mibdul

Għax issa wkoll il-ferrovija

Baqgħet dieħla ġewwa s-sħab

Mhux dak li bih għajnejja għamxuli

Mhux dak li drajt bl-amment intenni

Mhux dak li biħ ibbumbardjawni

Sa minn meta kont tarbija.

Xtaqt li tgħidli min jien tassew

Mhux li ħsibt u li qed tara

Iżda dak li għadni nfittex

Fil-wiċċ qiegħed tal-għadira.

 

Iżda lilek mhux lakemm tilħqek

Aħseb u ara kemm issir tafek.

 

Alfred Grech

08/03/2022.

Comments

Popular posts from this blog