Jista Jkun.

Jista’ jkun li terġa’ tnebbet in-nebbieta biex minnha joħorġu l-versi li bihom għad irrid nagħmillek l-aħħar lament qabel l-eklissi

 

Jista’ jkun li għadek trid xi ħaġa minni għalkemm xħin tħares lejja jiena nifhem li lanqas għadek biss tinħtieġni.

 

U jiena nħossni mormi hawn ma dawn il-qabda uċuħ inewwħu xortihom, qalb dawn l-lħna li ma nifhimx u ma nagħrafx  fost dawn ir-riġlejn li jimxu lura.

 

Jekk ngħid li m’għadnix nifhmek inkun qed niċħad lili nnifsi għax miegħek u bħalek għomt il-baħar kollu u tlajt u nżilt ma mewġ il-baħar li ta’ kull darba kien jaqtagħli nifsi  bħal ċattra għal ħniena tal-irjieħ bit-tama li xi darba għad nilħaq dawk it-tqanqiliet li qatt ma twieżnu.

 

Alfred Grech

25/03/2022.

Comments

Popular posts from this blog