Jum Li Jibda’ Bil-Maltemp.
Jum li jibda’ bil-maltemp ma jbiddilx dak li qed jiġri.
Il-kurrent
qadim fil-qiegħ tal-uġiħ eżistenzjali ma jbiddilx is-sħab ta’ jum qarrieq.
Ifakkrek biss li taħt kull munġbell ġwejjed hemm oċean ta’ maġma qed tinħema.
Inti tista’ biss titqarraq għaliex taħseb illi bnazzi prekursur tal-aħbar it-tajba mingħajr ma qatt
tintebaħ illi l-bnazzi mhuwiex għajr ix-xewqa perenni ta’ eternita’ mistħajjla
Jum li
jibda’ bil-maltemp huwa mera tas-sotterran qalil ta’ ruħek li tishar l-iljieli
mirjieħa ta’ xitwa li qatt ma tgħaddi u ssir il-ferrovija li ntilfert minn
ħsaddieħor
Jew bastiment
li tilef it-tmun u l-boxxla.
Matul
il-mixi tal-istorja aħna bżieżaqtal-arja fuq wiċċ l-ilma.
Alfred
Grech
29/03/2022.
Comments
Post a Comment