L-Aġġressur.
L-aggressur trid tisfidaħ kull pass li jagħmel
Inkella jibqa’
ġej għal aktar.
Trid turiħ
li mhux qed tibża’
Għaliex ix-xabla
għandha żewġt ixfar
U jekk
it-tmiem irid ikun
Il-biża fuq
kull naħħa
Imbagħad narawta
min hu l-aktar stonku..
L-aggressur
ma tridx tafdaħ
Għaliex inkella
jirkbek
U kull pass
li tagħmel lura
Iservi għal
darbtejn.
Ninsew li
dak u l-ieħor mhumex aħna
Għaliex il-ġlieda
ta’ kulħadd
U jekk illum
jindarab dak
Għada jmiss
lili.
Qisna
ddrogati, nitkellmu max-xitan
Tilgħin u
nieżlin mal-mewġ tal-illużjoni
Kull meta
jindarab xi ħadd
Jindarab kull
wieħed minna.
Għalxejn iġibu
l-iskuża
Ta’ min
beda l-ewwel
Ta’ min hi
l-ewwel ħtija.
Il-ġejjieni
magħżul
Qbiżna x-xifer
minn fejn għad nerġgħu lura
U xejn ma
tgħallimna
Mill-ħniżrijiet
tal-imgħoddi.
Inqbadna fin-nasba
tan-narrattivi foloz
Iċ-ċirku
vizzjuż ta’ lilhinn mis-sewwa.
Alfred
Grech
07/03/2022.
Comments
Post a Comment