Lil-Albert Camilleri.

In memoriam.

 

Xħin tħares minn ġot-tieqa

U tara min għaddej

Xi ħadd ipassi jgħaġġel

Ma tafx minn fejn hu ġej.

 

Xi ħadd li jisparixxi

U qisu qatt ma kien

Xi waħda sbejjħa tfewwaħ

U ssebbaħ kullimkien.

 

Min hemm li jimxi mgħawweġ

Min hemm li jimxi dritt

Hemm min min-naħħa għall-oħra

Jiskarta ’l-mim hu fitt.

 

Min jimxi qed jiġġenneb

Min jimxi bħal distratt

Hemm min mank biss jintebaħ

Li qiegħed hawn fil-fatt.

 

Dan hu passaġġ mistħajjel

Għalkemm ħallejt sinjal

Għax ħafna telqu u marru

Mal-fewġa tal-grigal.

 

U hekk tissokta l-mixja

Min aktar ma taraħx

Min kien biss kewkba feġġa

Għax l-għada ma sebaħx.

 

Inħares minn ġot-tieqa

U int li m’ghħadekx hemm

Ġigant tal-iġulija

U nemmen ridt bil-kemm.

 

Alfred Grech

23/03/2022.

Comments

Popular posts from this blog