Lil Lana.

 

U int kont ħsibt li taħt ir-riedni tiegħek

U xejn b’kumbinazzjoni seta’ ġara,

Xħin jien u int taħt il-fanal iltqajna

Il-bogħod mil-ħars tan-nies fl-isqaq ta’ wara.

 

Għad jiġi żmien li aħna nibdew nifhemu

Għaliex dan kollu ġara u kemm hi kbira

ll-wesgħa illi fiha qed miriħu

biex wara nerġgħu negħerqu ġo l-għadira.

 

Għaliex il-mogħdijiet x’imkien jiltaqgħu

U kellek ta’  bil-fors tiltaqgħa miegħi

Iżda fejn tidħol int hemm biss it-tama

Biex ma noħlomx tgħallimt għas-spejjes tiegħi.

 

Alfred Grech

22/03/2022

Comments

Popular posts from this blog