Ma Tgħarafnix.
Ma hemmx lanqas
framment
Li jiena
nista’ niġbor mill-art
Biex ngħaqqad
dan il-kwadru.
Jista’ jkun
li tlift il-biċċiet kollha
Inkella dawk
li għandi lanqas jaqblu
Biex jagħmlu
kwadru ġdid.
Jista’ jkun
li int għad tiġi lura
U tistaqsi
jien fejn jien
Ma tagħrifnix
għax għadda ħafna żmien
U wiċċi
mbidel.
Alfred
Grech
05/03/2022.
Comments
Post a Comment